Iva. Negozju jista' jirreġistra diversi ismijiet ta' dominju, sakemm kull reġistrazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli.
Li tirreġistra aktar minn isem ta' dominju wieħed jista' jgħinek tipproteġi d-ditta tiegħek, tappoġġja swieq differenti jew tagħmilha aktar faċli għall-klijenti biex isibuk. Pereżempju, negozju jista' juża isem ta' dominju .eu bħala l-indirizz tas-sit web ewlieni tiegħu filwaqt li jkollu wkoll isem ta' dominju nazzjonali jew dominju .com.
Tista' tidderieġi diversi ismijiet ta' dominju għall-istess sit web, jew tuża dominji differenti għal swieq jew servizzi speċifiċi.
Qabel ma tirreġista ismijiet addizzjonali, ikkunsidra għal xiex kull wieħed minnhom se jintuża u jekk dan iżidx valur lill-preżenza online tiegħek. Ftakar li kull isem ta' dominju jista' jkollu l-kostijiet ta' reġistrazzjoni u tiġdid.
Għal ismijiet ta' dominju .eu, int għandek tissodisfa r-rekwiżiti ta' eliġibilità applikabbli.
Artikli relatati: Kif tagħżel l-aqwa isem ta' dominju għall-istartup tiegħek u Għalfejn għandek tagħżel isem ta' dominju .eu?.