Inti tista’ tirreġistra isem ta’ dominju .eu, .ею jew .ευ jekk tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
- Inti individwu li jirresjedi f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja, jew ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja (mit-2 ta’ Awwissu 2021).
- Inti tirrappreżenta organizzazzjoni stabbilita: f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jew fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein jew fin-Norveġja.
Id-dokument tat-Termini u Kundizzjonijiet jispjega min huwa eliġibbli biex jirreġistra isem ta’ dominju, u l- obbligi tad-detenturi ta’ ismijiet ta’ dominji. Flimkien mal-Politika ta’ Privatezza u l-Politika tal-WHOIS, jipprovdu informazzjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data.