Kif nista' nikseb kodiċi ta' awtorizzazzjoni tat-trasferiment?

Mir-reġistratur tiegħek: L-ewwel punt ta' kuntatt tiegħek għandu jkun ir-reġistratur tiegħek. Jekk m'intix ċert min hu r-reġistratur tiegħek, fittex l-isem tad-dominju tiegħek fil-WHOIS ibbażat fuq il-web. L-isem tar-reġistratur tiegħek se jkun elenkat fit-taqsima tar-reġistraturi tar-riżultat tat-tfittxija. Jekk jogħġbok, kun af li dan jista' ma jkunx l-isem tal-organizzazzjoni li qiegħed f'kuntatt magħha. Din l-organizzazzjoni tista' tkun waħda mill-bejjiegħa mill-ġdi tar-reġistratur, iżda madankollu, xorta waħda se tkun tista' tgħinek biex tikseb il-kodiċi.

 

Mill-pjattaforma My .eu: Tista' wkoll toħroġ il-kodiċi ta' awtorizzazzjoni tat-trasferiment inti stess minn fuq il-pjattaforma My .eu. Jekk jogħġbok, tfixkilx il-kodiċi tal-aċċess li se tirċievi permezz tal-email (li se jippermettilek tidħol fil-pjattaforma My .eu) mal-kodiċi ta' awtorizzazzjoni tat-trasferiment (li inti se toħroġ hekk kif tkun fuq il-pjattaforma).

 

Mill-EURid: Dan għandu jsir biss bħala l-aħħar alternattiva. Wara li turi li inti d-detentur tad-dominju u li ma tistax tikseb kodiċi ta' awtorizzazzjoni mir-reġistratur attwali tiegħek jew permezz tal-pjattaforma My .eu, inti tista' titlob kodiċi ta' awtorizzazzjoni tat-trasferiment ta' emerġenza direttament mill-EURid:

  • Fittex l-isem tad-dominju tiegħek fil-WHOIS ibbażat fuq il-web.
  • Agħfas fuq il-ħolqa "Itlob kodiċi ta’ awtorizzazzjoni ta’ emerġenza" fir-riżultat tat-tfittxija tal-WHOIS għall-isem tad-dominju tiegħek.
  • Imla l-formola ta' talba elettronika skont l-istruzzjonijiet u semmi r-raġunijiet għaliex ma rnexxielekx tirċievi l-kodiċi ta' awtorizzazzjoni mir-reġistratur tiegħek jew mill-kont My .eu.
  • Ipprintja l-formola, iffirmaha u ibgħatilna permezz ta' email fuq authcoderequest@eurid.eu. Jekk min qed jagħmel it-talba hija organizzazzjoni, jekk jogħġbok ipprintja l-formola fuq karta intestata tal-kumpanija jew żid timbru tal-kumpanija.

Aħna se nevalwaw it-talba tiegħek u ninfurmawk għaldaqstant bl-eżitu.

 

! Il-kodiċi maħruġ mir-reġistratur jista' jeżisti b'mod parallel mal-kodiċi maħruġ minnek jew mill-EURid. It-tnejn li huma se jibqgħu validi sad-data ta' skadenza individwali tagħhom jew sa ma jintuża wieħed minnhom biex jiġi pproċessat it-trasferiment.

Dan l-artiklu kien utli?

0 minn 0 sabu dan bħala utli
Have more questions? Submit a request