Kif nista’ naġġorna r-reġistrazzjoni tiegħi abbażi taċ-ċittadinanza tiegħi?

Kun af aktar dwar kwistjonijiet relatati mas-sit web tiegħek .eu, .ею jew .ευ, it-trasferiment tad-dominju tiegħek billi titlob kodiċi ta' awtorizzazzjoni u l-proċedura għat-tiġdid jew it-tħassir tad-dominju tiegħek.

Mit-2 ta’ Awwissu 2021, iċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja jistgħu jirreġistraw isem ta’ dominju taħt .eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħrajn), b’mod indipendenti mill-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Jekk inti tixtieq taġġorna d-data ta’ reġistrazzjoni tiegħek abbażi taċ-ċittadinanza tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja r-reġistratur tiegħek (il-kumpanija li permezz tagħha rreġistrajt l-isem ta’ dominju). 

 

Ir-reġistratur tiegħek jista’ jaġġorna d-data ta’ reġistrazzjoni tiegħek u jinkludi l-pajjiż ta’ ċittadinanza fil-kaxxa pprovduta taċ-“Ċittadinanza”. Inti tista’ tivverifika d-data ta’ reġistrazzjoni tal-isem ta’ dominju tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tidħol fil-kont tiegħek fuq https://my.eurid.eu.

 

Jekk inti qiegħed tfittex reġistratur li joffri reġistrazzjoni bbażata fuq il-kriterju ta’ ċittadinanza, jekk jogħġbok żur il-paġna “Sib Reġistratur”, iffiltra l-lista fis-sezzjoni “Servizzi”, u agħżel “Reġistrazzjonijiet ibbażati fuq iċ-ċittadinanza”.
 

Dan l-artiklu kien utli?

0 minn 0 sabu dan bħala utli
Have more questions? Submit a request